Spiċċa s-sajf?

Maltese Islands Weather - Peter Mohr Photography

Minkejja bidu daqsxejn instabbli għal Settembru, is-sajf għadu ma spiċċax.

Filmati: X’effett ħalliet ix-xita s’issa?

Dan qed jgħidu s-sit indipendenti għat-tbassir tat-temp Maltese Islands Weather, waqt li fisser li firxa ta’ pressjoni għolja mill-Afrika mistennija ġġib magħha perjodu twil ta’ temp sabiħ b’sema l-biċċa l-kbira xemxi jew ftit imsaħħab.

Qed ibassar ukoll li t-temperaturi se jogħlew kemxejn ukoll, bl-ogħla tvarja bejn 29 u 30 grad Celsius. L-inqas temperatura se tkun bejn 21 u 22 Grad Celsius.

Ir-riħ se jkun il-biċċa l-kbira ħafif u varjabbli.

L-art, li issa tinsab imxarrba sew, se twassal għal rati għoljin ta’ evaporazzjoni, u għalhekk livelli għoljin ta’ umdità. Din se twassal biex it-temperaturi jkunu jinħassu daqs li kieku qiegħdin fuq it-30 C.

Skont is-sit, dan il-perjodu ta’ temp sabiħ mistennija ddum madwar ġimgħa, imma tista tkopri aktar żmien. L-aħħar mapep qed jindikaw li l-mewġa ta’ maltemp li jmiss għandha tmissna madwar il-21 ta’ Settembru.

Kif se jkun it-temp fil-jiem li ġejjin skont Maltese Islands Weather?

Il-Ħamis 12 ta’ Settembru: Ċans ta’ ħalbiet iżolati tax-xita
Il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru: Il-biċċa l-kbira xemxi
Is-Sibt 14 ta’ Settembru: Il-biċċa l-kbira xemxi
Il-Ħadd 15 ta’ Settembru: Ftit imsaħħab
It-Tnejn 16 ta’ Settembru: Xemxi
It-Tlieta 17 ta’ Settembru: Xemxi