Spezzjoni wara rapporti ta’ ħut mejta fil-baħar fiż-żona tal-Magħluq f’Wied il-Għajn

Id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura fi ħdan is-Segretarjat tal-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali il-Ġimgħa filgħodu għamel spezzjoni fiż-żona tal-Magħluq f’Wied il-Għajn.

L-ispettorat aċċeda fuq il-post wara li daħal ir-rapport fejn ġie stabbilit li kien hemm numru ta’ ħut mejta f’din iż-żona. Intqal li dan il-ħut kien awrat u spnott. Jidher li l-kawża tal-mewt tagħhom tirriżulta min-nuqqas ta’ ossiġnu. Id-Dipartiment bgħat ukoll cleaners biex inadffu din iż-żona.