X’se jiġri taħt l-umbrelel is-Sibt li ġej?

Is-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar Marc Vella Bonnici qal li qed jistenna eluf ta’ persuni jattendu l-avveniment Crossroads@Zabbar is-Sibt li ġej fil-pjazzez ewlenin ta’ Ħaż-Żabbar. 
F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ta dettalji dwar dan, semma kif fost l-oħrajn se jkun hemm kunċerti minn Corazon, Ira Losco u l-Versatile brass band, wirja awdjoviżiva mal-faċċata tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja u logħob tan-nar tal-art. 
Is-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar spjega kif diġà saret l-installazzjoni tal-umbrellel li twaħħlu s-Sibt li għadda u l-attivitajiet se jkunu mifruxa fuq tliet postijiet f’Ħaż-Żabbar – fil-venda, fil-misraħ u fl-inħawi tas-Santwarju tal-Madona tal-Grazzja. 
Preżenti wkoll kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis.
Ritratt: Ian Noel Pace