Spettaklu ta’ nar tal-ajru f’jum il-festa tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba

Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ħabbret il-programm Pirotekniku għall-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2020 ippreparat mill-Għaqda tan-Nar fi ħdanha.

Għalkemm f’ċirkostanzi mhux tas-soltu, huwa qed iħeġġu kemm lis-Soċji u l-Partitarji u kif ukoll lid-dilettanti tan-nar sabiex jingħaqdu magħhom fil-Bypass tal-Imqabba nhar il-Ħadd 21 ta’ Ġunju fid-9:00pm. 

L-ispettaklu ser ikun jikkonsisti minn ħruq ta’ diversi murtali tradizzjonali tal-beraq u tal-kulur, sfejjer u kif ukoll blalen u kaxi nfernali. Dan il-programm ser ikun qiegħed jixxandar fuq Facebook Live sabiex ikun aċċessibli għal kulħadd. 

Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju.