Spettaklu ta’ logħob tan-nar fl-isfond tal-Port il-Kbir

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Lawrenz, nhar il-Ġimgħa 9 t’Awwissu se jittella’ spettaklu bil-logħob tan-nar mill-Port il-Kbir. Dan l-ispettaklu huwa magħruf bħala ‘La Notte di San Lorenzo’ u issa sar avveniment annwali fil-kalendaru pirotekniku lokali.

Bħas-soltu dan l-ispettaklu qed jittella’ mill-għaqda tan-nar “10 t’Awwissu” tal-Birgu u l-pubbliku se jkun jista’ jsegwi dan il-logħob tan-nar minn qrib ix-xatt tal-Kalkara. Il-programm se jinkludi wkoll logħob tan-nar sinkroniżżat fost l-oħrajn ma siltiet mużikali bħal ‘Mamma Mia’ tal-grupp mużikali Abba, kif ukoll ‘Skyfall’ tal-kantanta Ingliża Adele.