Aġġornata bl-awdjo: Spettaklu ta’ kuluri fl-ajru Malti

Bejn illum u għada se jsir spettaklu ta' kuluri fl-ajru mit-tim aerobatiku Ingliz Red Arrows. It-tim wasal Malta lbieraħ biex jieħu sehem fil-21 edizzjoni tal-Airshow Internazzjonali ta' Malta li beda mil-lum. Ta’ min jgħid li r-Red Arrows l-aħħar li kienu Malta kien fl-2008. Suppost ir-Red Arrows kellhom jiġu Malta s-sena l-oħra imma ħassru ż-żjara minħabba raġunijiet tekniċi.

Fl-Airshow ta' din is-sena se jieħdu sehem ajruplani minn ħames pajjiżi differenti. 

Newsbook.com.mt ħa l-kummenti tal-kantata Maltija Ira Losco li aktar tard illum se titla' fuq wieħed mill-ajruplani tar-Red Arrows bħala sfida li għamlulha l-fans tagħha. 

Aktar kmieni din il-ġimgħa Newbook kien ħabbar li t-tim akrobatiku Taljan bl-isem ta’ Pioneer se jkun ukoll mal-mistieden tal-Malta International Airshow.

Ritratt ta' Ira Losco: Forzi Armati ta' Malta

Ritratt minn Għawdex: Beppe Galea