Spettaklu ta’ bram fl-Awstralja

Il-baħar ‘il barra minn bajja famuża fl-Awstralja kellu dehra blu differenti minn tas-soltu.
Dan wara eluf ta’ bram blu li nġarru mill-kurrenti qrib dik li tissejjaħ Surfers’ Paradise.
Ir-ritratti tal-bajja nfirxu mill-ewwel mal-erbat irjieħ tad-dinja fuq l-internet hekk kif mhux soltu li qtajja’ daqshekk kbar ta’ bram ikollhom dan il-lewn kurjuż.
Uħud mill-bram irnexxielhom jaslu saħansitra sar-ramel fuq ix-xtajta.