Spettaklu pirotekniku fil-Gżira

Illum fil-11pm, se jittella’ l-ispettaklu Rock in the Sky. Il-Gżira se jsir il-logħob tan-nar sinkronizzat ma biċċiet tal-mużika ferm popolari, fosthom diski minn Queen, ACDC, Bon Jovi u Survivor.

L-ispettaklu se jsir tul ix-xat tal-Gżira. Dan l-avveniment huwa parti miċ-ċelebrazzjonijiet li jorganizza l-każin tal-banda ta’ Mount Carmel fil-festa tal-patruna tagħhom, il-Madonna tal-Karmelu.

Bħas-snin ta’ qabel, il-kumitat ħalla f’idejn iż-żgħażagħ sabiex jipproduċu dan l-ispettaklu. Fost dawn iż-żgħażagħ hemm Matthew Calleja li rnexxielu jlaqqa’ l-biċċiet tal-mużika flimkien biex in-nar ikun f’sinkronija miegħu.