Spettaklu mill-aqwa minn Joseph Calleja fuq il-Fosos

Ilbieraħ filgħaxija fuq il-Fosos tal-Furjana, it-tenur Malti Joseph Calleja offra spettaklu mill-aqwa lill-eluf ta’ persuni li attendew għall-kunċert tas-sajf tiegħu.
Flimkien mat-tenur Malti, ħadu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena Leona Lewis li kienet ir-rebbieħa tal-konkors Xfactor fl-Ingilterra kif ukoll il-kantant Taljan Claudio Baglioni.
Mument emozzjonanti tal-kunċert kien x’ħin Calleja kanta maċ-ċkejkna Federica Falzon.
Flimkien ma' dawn il-kantanti, taw ukoll is-sehem tagħhom l-Orkestra Nazzjonali kif ukoll il-kor tat-tfal ta' Joseph Calleja.

Ritratt: Tanya Gravina