Spettaklu kbir mill-Vatikan illejla fuq Rai Uno

F’xandira diretta mis-Sala Paolo VI fil-Vatikan l-istazzjon Rai Uno llejla se jkun qed ixandar Una Serata di Stelle per il Bambino Gesù. Matul din is-serata speċjali li se jippreżenta Amadeus se jinstemgħu stejjer ta’ tfal ta’ snin differenti, 

Din is-serata speċjali se ssir f’okkażjoni tal-150 sena tal-Ospedale Pediatrico Bambino Gesù.

Minbarra l-istejjer umani li se jitwasslu ta’ tfal u żgħażagħ li għaddejjin minn kura għal tumuri u mard ieħor mhux se jonqos l-ispettaklu bis-sehem ta’ bosta artisti magħrufa li jinkludu lil Francesco Renga, Alessandra Amoroso, Mahmood, Fabio Rovazzi, J-Ax, Benji & Fede, Elodie, The Kolors, Irama, Noemi, Giovanni Allevi, Renzo Arbore u Giovanni Caccamo.

Pippo Baudo mistenni wkoll ikun preżenti biex jagħmel l-intervent tiegħu.

Minbarra l-artisti msemmija, f’din is-serata li Rai Uno se jkun qed ixandar mid-9.25pm ‘il quddiem, se jagħtu wkoll sehimhom bosta sportivi bħal Roberto Mancini, Alessandro Florenzi, Ciro Immobile u Javier Zanetti.