Spettaklu kbir fuq Rai Uno

Għall-ħames sena konsekuttiva, Amadeus se jkun qed jippreżenta l-ispettaklu L’Anno Che Verra li se jkun qed jippreżenta l-ispettaklu L’Anno Che Verra li jibda fid-9pm, eżatt wara l-messaġġ tal-President tar-Repubblika Sergio Mattarella.

Ħafna huma l-mistiedna fl-ispettaklu li se jwassal għas-sena l-ġdida fuq l-istazzjon nazzjonali Rai Uno minn Piazza Mario Pagano f’Potenza. Dawn jinkludu lil Albano u Romina Power, Gigi D’Alessio, Alberto Urso, Elettra Lamborghini, Marco Masini, Stadio, Arisa, Benji & Fede, Antonella Ruggiero, The Kolors, Riccardo Fogli, Rocco Hunt, Fausto Leali, Ivan Cattaneo, Orietta Berti, Paolo Vallesi u t-8 finalisti ta’ Sanremo Giovani.

Dawn il-kantanti se jkunu qed ikunu akkumpanjati minn orkestra ta’ 30 element u se jkunu qed jippreżentaw spettaklu mill-aqwa kif jitwassal ta’ kull sena minn dan l-istazzjon.