Spettaklu biex jiċċelebra l-100 sena ta’ Charles Clews

Illejla Spazju Kreattiv se jkun qed itella’ l-ewwel minn 4 rappreżentazzjonijiet ta’ spettaklu ta’ varjetà biex jiċċelebra l-100 sena mit-twelid ta’ Charles Clews.

Dan l-ispettaklu se jkun ambjentat madwar tisliba kbira, b’4 artisti tal-ispettakli popolari jinterpretaw il-kummiedji u d-diski li kiteb Charles Clews matul il-karriera twila tiegħu.

Fir-rappreżentazzjoni jieħdu sehem atturi magħrufa li bl-istil sinonimu tagħhom ser ikunu qed jinterpretaw ix-xogħlijiet ta’ Clews permezz ta’ script ġdid ta’ Toni Sant u Trevor Zahra ibbażat fuq kitbiet ta’ Clews, li jinkludu fost l-oħrajn kanzunetti popolari bħal Rozamarie, L-Emigrant, In-Nannu Tieghi Stess u Radju Muskettieri.

L-ewwel rappreżentazzjoni se ssir illejla, il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru 2019 fit-8pm.

Għada s-Sibt se jittellgħu żewġ rappreżentazzjonijiet, fis-6pm u fit-8p.

L-aħħar rappreżentazzjoni se tittella’ nhar il-Ħadd 29 ta’ Settembru fit-8pm.

Għal aktar dettalji idħlu fis-sit kreattivita.org