Terence Crawford u Kell Brook bagħtu messaġġ għal fejqan ta’ malajr lil Errol Spence Jr. li kien involut f’inċident. Ir-rebbieħ tal-welterweight spiċċa taħt kura intensiva wara li tar mill-karozza.
Il-karozza inqalbet u daret fuq nfisha għal diversi drabi.
Hu mifhum li Spence Jr. weġġa serjament iżda mhux fil-periklu tal-mewt. L-awtoritajiet qalu li l-inċident seħħ waqt li hu kien għaddej b’veloċità qawwija u ma kienx liebes iċ-ċintorin tas-sigurtà.
Għadu mhux magħruf hux se jkun jista’ jirritorna għall-boxing. Hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa ġellieda fid-dinja.