Spence Jr ħati li saq meta kien taħt l-effett tax-xorb

L-istilla tal-boxing Errol Spence Jr instab ħati li kien qed isuq il-karozza waqt li kien xurban. Hu nqeleb bil-karozza meta kien involut f’inċident ġewwa Dallas.

Ir-re tal-welterweight ma kienx liebes iċ-ċinturin ta’ sigurtà u b’hekk spiċċa ntrema ‘l barra mill-karozza fil-ħin li ħabat. Il-karozza spiċċat iddur fuqha nfisha għal diversi drabi.

Terence Crawford u Kell Brook kienu bagħtu messaġġ għal fejqan ta’ malajr wara li semgħu li Errol Spence Jr. kien involut f’inċident. Ir-rebbieħ tal-welterweight spiċċa taħt kura intensiva wara li tar mill-karozza.

Fuq Twitter, l-atleta qal li ma kiser l-ebda għadma.

AQRA: Spence Jr. involut f’inċident: mhux ċert hux se jirritorna għall-boxing