Speed cameras f’Marsaskala: x’se tagħmel Transport Malta?

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala ma qabilx li jsiru speed cameras fl-inħawi. Id-deċiżjoni finali għal triq minnhom, però, taqa’ f’idejn Transport Malta.

Waqt seduta fil-parlament, il-Membru Parlamentari Mario Galea staqsa lill-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonnici dwar speed cameras fit-toroq prinċipali ta’ Triq il-Qaliet u Triq Sant’Antnin.

AQRA: Jitneħħew sinjali ta’ speed camera fin-Naxxar

Il-Ministru spjega li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala ma qabilx ma’ speed camera fi Triq il-Qaliet. Però, spjega li Triq Sant’Antnin hija arterjali, u għalhekk, id-deċiżjoni finali trid tittieħed minn Transport Malta.

AQRA: Il-Maġistrat Mifsud jirrakkomanda mobile speed cameras għall-bypass tas-Siġġiewi