Għadu mhux deċiż jekk fi Triq Lewis Wettinger, magħruf aktar bħala l-Bypass tal-Mellieħa hux se ssir speed camera.
Mistoqsi mid-Deputat Laburista Clayton Bartolo jekk jistax il-Gvern jikkunsidra li ssir speed camera f’dan il-Bypass, il-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Xogħlijiet fuq dan il-Bypass kienu fiċ-ċentru tal-kontroversja għal ġimgħat sħaħ, b’allegazzjonijiet mill-pubbliku u anke ambjentalisti li nsterqet parti mit-triq. Inqalgħet ukoll polemika fuq in-numru ta’ karreġġjati.