Filmat: Spedizzjoni fil-Mediterran dwar it-tniġġiż tal-plastik fil-baħar

L-iskuna Tara, li bħalissa qed tagħmel vjaġġ fil-Mediterran, illum waslet fil-Port il-Kbir.
Din l-ispedizzjoni, immexxija minn Dr Gaby Gorsky hija waħda xjentifika u tinkludi fiha studju dwar it-tniġġiż tal-plastik fil-baħar kif ukoll biex titqajjem kuxjenza dwar il-ħarsien tal-ambjent fil-baħar Mediterran.
L-aħħar darba li Tara kienet Malta kien ħames snin ilu.
Għada se jkun hemm wirja Our Ocean Planet f’Pjazza San Ġorġ il-Belt Valletta, fejn se jkunu preżenti xjentisti Franċiżi u Maltin fosthom Dr Alan Deidun.
Se jkun hemm ukoll dokumentarju Planet Ocean fil-Kavallier ta’ San Ġakbu.
L-iskuna mistennija titlaq nhar is-Sibt biex tkompli l-istudju dwar tniġġiż fil-baħar. Il-vjaġġ li beda f’Mejju li għadda jasal fi tmiemu f’Novembru.