“Speċi aljena fl-ibħra Maltin; iżjed milli stennejna” – Prof. Deidun

Facebook - Alan Deidun

Read in English.

“Din l-invażjoni ta’ speċi aljena hija iżjed estensiva milli stennejna”, qal il-Professur Alan Diedun fuq Facebook. Huwa kien qed jitkellem fuq il-blue swimmer crab (Portunus segnis), u l-qabda ta’ 15-il granċ minn din l-ispeċi.

12-il granċ maskil u 3 femminili, li tnejn minnhom kienu qed iġorru mijiet ta’ bajd, inqabdu minn sajjieda dalgħodu. Dan wara li kien hemm talba mill-Ambaxxatur Malti għall-Oċeani, Deidun, biex jinqabdu numru ta’ granċijiet ħajjin ta’ din l-ispeċi.

Din il-qabda tfisser li jista’ jara l-impatt li qed jagħmlu dawn il-granċijiet fuq l-eko-sistema tal-baħar Malti. Dan għaliex peress li huma speċi li s-soltu ma ssibhomx fil-baħar Mediterran, jaf qed ikollhom effett ħażin fuq l-ispeċi l-oħra ta’ madwarhom.