L-iSpeaker jissospendi l-laqgħa tal-Parlament għal ftit minuti

L-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Anġlu Farrugia issospenda l-laqgħa tal-Parlament għal ftit minuti, hekk kif id-diskussjoni bejn id-deputati preżenti fil-Kamra iddeġenerat f’tgħajjir u għajjat. 
L-agħa inqala’ waqt il-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari. Informazzjoni mogħtija mill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi wriet li pulizija partikolari ġie boarded out f’ħamest ijiem mit-talba. Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg, li kien qiegħed jidher f’isem Abela li jinsab imsiefer, indika li ma kienx f’pożizzjoni li jwieġeb mistoqsijiet supplimentari tad-Deputati Nazzjonalisti Jason Azzopardi, Beppe Fenech Adami u Mario de Marco.
Botta u risposta bejn Gvern u Oppożizzjoni eskalat f’insulti u għajjat li wasslet lill-iSpeaker biex jissospendi l-laqgħa għal ftit minuti waqt li wissa lid-deputati preżenti dwar l-imġieba tagħhom; ħeġġiġhom biex ma jibqgħux iġibu rwieħhom bħal tfal tal-kindergarten!