​Spazju ikbar għar-Reġistru tal-Qorti tal-Familja

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li se jitkabbar ir-Reġistru tal-Qorti tal-Familja sabiex ikun jista’ jakkomoda l-bżonnijiet tal-lum.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Bonnici spjega li l-pubbliku kien ilu jilmenta li r-Registru tal-Qorti tal-Familja kien żgħir wisq għall-htiġijiet tal-lum. 
Dan it-tkabbir fir-Reġistru seħħ wara li ġew rilokati għadd ta’ uffiċċji tal-ġudikanti u l-istaff tagħhom u tal-assistent ġudizzjarji.
Qal li dan sar b’investiment ta’ €64,000 minkejja li x-xogħlijiet kienu estensivi.
Tkellem ukoll il-Prim Imhallef Silvio Camilleri li qal li wasal iż-żmien li wieħed jibda jaħseb fi spazju ikbar u ġdid għall-Qorti.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut