Sparaturi quddiem il-Katidral ta’ New York

Ritratt: Twitter

Kien ftit tal-mumenti wara li spiċċa kunċert tal-Milied fuq iz-zuntier tal-Katidral, li raġel b’żewġ armi tan-nar beda jgħajjat “oqtluni” u fetaħ in-nar.

Kien hawnhekk li l-pulizija rribattew għal dan l-attakk. L-aggressur ittieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat mejjet. Ma ġew irrapurtati l-ebda fatalitajiet oħrajn.

Is-suspettat, li ma ġiex identifikat iżda għandu fuq il-ħamsinijiet, ġie milqut minn tal-inqas darba f’rasu. Il-motif wara dan l-attakk għadu mhux magħruf.

Il-pulizija sabu żewġ armi semi awtomatiċi kif ukoll basket li huwa mifhum li kien tas-suspettat. Fih instabu diversi affarjiet fosthom petrol, wire, ħabel, numru ta’ skieken u bibbja.