Sparaturi Kalifornja: Jinqatlu 3, 16-il tir f’90 sekonda

Tlett irġiel inqatlu u ieħor indarab fi sparaturi minn raġel ta’ karnaġġjon skur fi Fresno f’Kalifornja.
Kori Ali Muhammad ta’ 39 sena spara 16-il tir f’90 sekonda, qrib il-kwartieri ta’ għaqdiet kattoliċi tal-karità.
Meta l-Pulizija arrestawh, hu beda jgħajjat Allahu Akbar. Madanakollu l-każ mhux qed jiġi kkunsidrat bħala wieħed terroristiku iżda attakk razzista.
Muhammad kien qed jiġi mfittex ukoll b’rabta mal-qtil ta’ uffiċjal tas-sigurtà l-ġimgħa li għaddiet.