Sparaturi joqtlu 11 fil-Brażil

Brazil May 19, 2019. REUTERS/Mauro Angelo

Read in English.

Grupp armat daħal f’bar f’Belem, fil-Brażil, u spara fuq n-nies preżenti. Il-grupp qatel 11-il persuna u ħalla wieħed bi ġrieħi, skont rapporti fuq il-midja.

Il-grupp kellhom wiċċhom mgħotti, u ġew b’karozzi u muturi fuq il-post. Huma qatlu 6 nisa u 5 irġiel f’post fejn hemm ħafna faqar u vjolenza fil-Brażil.  Għad m’hemmx informazzjoni fuq il-ħsieb wara dan il-qtil, u ma ngħatatx informazzjoni dwar l-identità tal-vittmi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.