Sparaturi ‘Immigranti’: Eluf jipprotestaw f’belt Taljana

Eluf ta’ demostranti kontra r-razziżmu ħarġu fit-toroq tal-belt ta’ Macerata fl-Italja, wara li attivist tal-lemin estrem spara u darab sitt persuni, li ħaseb li kienu immigranti.
Is-Sindku tal-belt qal li l-kummenti fuq il-mezzi soċjali wasslu għall-klima ta’ mibegħda, qabel l-isparaturi.  Minkejja li hu talab li l-protesta ma ssirx biex tinżamm il-kalma, l-awtorità reġjonali ħarġet l-approvazzjoni.
L-iskejjel fil-belt baqgħu magħluqin, il-quddies tħassar u l-ħwienet għalqu f’nofsinhar minħabba biża’ li jkun hemm il-ġlied.
Fil-Qorti, nhar it-Tlieta, Luca Traini ta’ 28 sena, ammetta li spara, imma li fil-mira tiegħu kellu immigranti Afrikani.  Meta ġie arrestat, kellu bandiera Taljana mdawra ma għonqu.
L-Italja dalwaqt tivvota f’elezzjoni ġenerali, fl-4 ta’ Marzu, bl-immigrazzjoni tkun waħda mill-kwistjonijiet ewlenin.
Mill-2014 ‘l hawn aktar minn 500,000 persuna daħlu l-Italja, il-parti l-kbira tagħhom wara li ħarbu mill-gwerra u l-faqar tal-Afrika, tal-Lvant Nofsani u tan-Nofsinhar tal-Ażja.