Sparaturi Ġermanja: 2 jinqatlu, 3 jindarbu

Żewġ persuni nqatlu u tlieta oħra ndarbu serjament fi sparaturi f’post ta’ divertiment fil-Ġermanja.
Il-każ seħħ fil-belt Ġermaniża ta’ Konstanz għall-ħabta tal-4.30 ta’ filgħodu.
Wieħed mill-vittmi huwa l-aggressur li nqatel aktar tard fi sparaturi bejnu u l-Pulizija.
Uħud mill-persuni fil-klabb ħarbu jew staħbew. 
Raġel li kien għassa mal-bieb indarb ukoll wara li l-aggressur sparalu b'pistola waqt li dan prova jwaqqfu milli jidħol.
Uffiċjal tal-Pulizija weġġa' wkoll waqt li kienu għaddejjin l-isparaturi bejn l-agressur u l-Pulizija.
L-awtoritajiet qalu li forzi speċjali tal-commandos u ħelikopter tal-Pulizija bħalissa qegħdin fiż-żona fuq stat ta' allert hekk kif għadu mhux magħruf jekk l-agressur kellux nies oħra kompliċi miegħu.
Il-midja Ġermaniża qed tallega li l-agressur kien raġel ta' 34 sena mill-Iraq, u li kien ilu jgħix il-Ġermanja għal żmien twil.