Sparaturi f’Manchester; 10 l-isptar

10 persuni ttieħdu l-isptar wara li ndarbu f’attak b’arma tan-nar f’Manchester kmieni dalgħodu.

Skont Sky News, il-Pulizija ta’ Greater Manchester irċeviet ir-rapport għall-ħabta tas-2.30am. Dan wassal sabiex għadd kbir ta’ uffiċjali tal-pulizija armati marru fuq il-post fejn sabu għadd ta’ persuni midruba.

Minkejja li l-ġrieħi li ġarrbu huma bejn ħfief u gravi, skont id-Detective Superintendent Debbie Dooley, l-ebda persuni ma tħalliet tissielet għal ħajjitha.

Fl-istess żona kienu għandhom kemm spiċċaw iċ-ċelebrazzjonijiet tal-karnival.