Filmat: 3 imutu fi sparaturi f’Jacksonville fi Florida

Aġġornata 27 ta’ Awwissu fis-6.30am

Tliet persuni mietu fi sparaturi f’Jacksonville fi Florida, inkluż l-aggressur, li wara li qatel żewġ persuni u darab bosta oħrajn qatel lilu nnifsu.

Il-każ seħħ waqt tournament tal-logħob diġitali u li nqatlu 2 persuni. Żiedu jgħidu li madwar 13-il persuna oħra ndarbu.

Ix-Sheriff ta’ Jacksonville, Mike Williams, qal li l-aggressur kien David Katz, ta’ 24 sena minn Baltimore. Spjega li dan ġie Jacksonville biex jikkompeti.

Skont ix-Sheriff, Katz qatel lilu nnifsu mmedjatament wara l-isparaturi. Ġismu nstab ma’ dawk taż-żewġ vittmi. Jidher li 11-il persuna weġġgħu permezz tat-tiri, filwaqt li tnejn oħra ndarbu humau jippruvaw jaħarbu mill-post.

Aktar kmien, fuq Twitter il-Pulizija ta’ Jacksonville qalet li l-post ma kienx sigur u l-pubbliku ntalab jevita ż-żona.

Għal rapport dettaljat idħol hawn.