F’kumment esklussiv li tat lil Newsbook.com.mt, il-Membru Parlamentari Roberta Metsola assigurat lill-qarrejja li l-MEPS kollha Maltin huma qawwijin u sħaħ. Hija qalet li min kien fil-Parlament Ewropew bħal ma kienet hi bħalissa jinsab maqful fil-Parlament.
Aktar kmieni
Diversi sparaturi nstemgħu fiċ-ċentru tal-Belt ta’ Strasburgu fil-frunitera mal-Ġermanja. Skont is-sit Reuters jidher li hemm persuna mejta u ħdax oħra mweġġgħa.
Il-qtil seħħ viċin il-villaġġ tal-Milied fi Strasburgu fejn miljuni ta’ turisti jżuru dan il-villaġġ.
Skont il-Partit Popolari Ewropew, il-Membri Parlamentari u d-delegazzjoni Maltija li huma parti minn dan il-partit jinsabu tajbin.
Reports of gunshots at Strasbourg centre : all Maltese delegation is safe @DavidCasaMEP @RobertaMetsola @FrancisZD @bonettmatthew @MattTabone @sellulbonici @karlagius
— EPP_MT 🇲🇹 (@EPP_MT) December 11, 2018