Lejl ta’ vjolenza assoluta b’armi tan-nar wasslet sabiex jinqatlu erba’ persuni u jindarbu aktar minn 40 persuna f’Chicago bejn is-Sibt u l-Ħadd.
L-isparaturi bdew għall-ħabta ta’ nofsillejl u baqgħu sejrin sa madwar is-sebgħa ta’ filgħodu.
Dan seħħ minkejja li l-awtoritajiet sostnew li l-vjolenza b’armi tan-nar kienet naqset.
Iċ-Chief of the Patrol Division tad-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Chicago, Fred Waller qal li dawn kienu jinkludu kemm sparaturi bi skop u oħrajn bla raġuni ta’ xejn.
Spjega li l-maġġoranza tal-isparaturi huma relatati ma’ gangs li jinsabu fil-belt li fiha jgħixu madwar 2.7 biljun persuna.
Fost il-miri tal-aggressuri kien hemm festin, funeral u kunċert fejn kien hemm eluf qed jattendu.
Il-punent ta’ Chicago ġie affetwat l-aktar fejn 25 persuna qalgħu xi tiri f’attakki separati.