Sparatura Xgħajra: B’rieda tajba jirtiraw il-passi legali

migrants edit

Ingħata l-ħelsien mill-arrest ir-raġel li nhar is-Sibt li għadda spara fuq residenza fix-Xgħajra.

Huwa ġie akkużat li kkawża ġrieħi fuq is-sieħba tiegħu, li wettaq ħsara fuq proprjetà, li ġarr pistola mingħajr liċenzja, li kiser il-paċi pubblika, kif ukoll li hedded u insulta lis-sieħba tiegħu.

Is-sieħba tal-akkużat infurmat lill-Qorti li hi se tirtira l-ilment kriminali u tirrinunzja għad-dritt tagħha li tieħu passi fil-konfront tiegħu. Min-naħa tiegħu l-akkużat irrinunzja kull dritt li kellu ta’ azzjoni kontra l-mara.

L-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u nħeles mill-arrest b’garanzija personali ta’ €2,000, bil-kundizzjoni li jgħix ma’ missieru.