Sparatura u tifel miżmum ostaġġ

It-Tlieta wara nofsinhar, f’Alabama, raġel rikeb xarabank tal-iskola, spara lis-sewwieq u ħataf tifel ta’ sitt snin bħala ostaġġ. Huwa qed iżomm lit-tifel f’post taħt l-art. L-awtoritajiet qegħdin jagħmlu dak kollu possibli biex jeħilsu lit-tifel. Huwa mifhum li membri mill-iskwadra tal-iSWAT qed jikkomunikaw mat-tifel permezz ta’ pajp.

Tfal preżenti waqt l-inċident qalu li r-raġel ordna lil diversi minnhom biex jinżlu minn fuq ix-xarabank, ħataf lit-tifel, li ntilef minn sensih, u spara erba’ tiri lejn is-sewwieq. L-awtoritajiet ma tkellmux fuq is-sitwazzjoni tas-sewwieq iżda qalu li persuna waħda mietet fl-inċident.