Sparatura tħalli 16-il persuna mejta fil-Kanada

Reuters

Read in English.

Fil-Kanada ragel ta’ 51 sena, liebes ta’ Pulizija Kanadiż, fetaħ in-nar fil-provinċja Kanadiża ta’ Nova Scotia u qatel 16-il persuna. 

Il-Pulizija Kanadiża qalet li s’issa ma kien hemm xejn li jindika li l-massakru – l-agħar fl-istorja riċenti tal-Kanada – kellha rabtiet mat-terroriżmu.

Ir-raġel kien identifikat bħala Gabriel Wortman u rapport fil-media Kanadiża jindikaw li hu nqatel mill-Pulizija hekk kif beda jdur diversi żoni ta’ Nova Scotia jispara bl-adoċċ minn karozza li kienet tixbah waħda li tintuża mill-Pulizija lokali. 

B’kollox din il-ġrajja damet 12-il siegħa u l-Pulizija mhux qed teskludi li jinstabu aktar vittmi minħabba ż-żona vasta li Wortman dar jispara lejn in-nies.

L-aħħar darba li kien hemm massakru fuq din l-iskala fil-Kanada kien fl-1989 meta raġel armat qatel 15-il mara.