Sparatura Naxxar: Ir-raġel imfittex arrestat fil-Mellieħa

Il-Pulizija sabet lir-raġel Taljan li kienet qed tfittex b’rabta mal-isparatura li seħħet fit-12 ta’ Diċembru fin-Naxxar.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li rċeviet informazzjoni kunfidenzjali, li wasslet għall-arrest tar-raġel ta' 39 sena, li qed jinżamm għal iktar stħarriġ.
Il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku għal kull għajnuna li setgħet ingħatat.
Ir-raġel jismu Alfio Rannisi Torrisi, l-istess persuna li f'Mejju li għadda nstab ħati li, flimkien ma' sieħbu, weġġgħu sid ta' ħanut fir-Rabat fl-2015 waqt serqa. Dakinhar huma kienu serqu €2,000.