Sparatura Ħ’Attard: il-Pulizija tikkonkludi differenti minn dak li qed jingħad

Il-Pulizija ċċarat li qatt ma waslet għall-konklużjoni li Raymond Grima, li miet ilbieraħ minħabba tiri li qala’ f’Novembru li għadda, kien jaf b’min spara u ma ried jgħid xejn.
Din l-allegazzjoni ħarġet fil-midja, meta ntqal li Grima kien għaraf lill-qattiel.
Skont il-Pulizija, Grima kien fil-mira tad-delitt li kien sar f’Novembru li għadda f’Ħ’Attard, meta raġel riekeb b’mutur u b’helmet f’rasu waqaf quddiem ħanut u qabad jispara fid-direzzjoni tiegħu.
Dakinhar kien miet fuq il-post Anġlu Mangion, li nzerta kien dieħel fil-ħanut.