Sparatura fuq disa’ persuni fil-Kanada

Seħħet sparatura fuq disgħa min-nies inkluż fuq tifla żgħira f’Toronto fil-Kanada. Il-Pulizija Kanadiża qalet li l-isparatura seħħet il-Ħadd u l-qattiel miet.

Il-kundizzjoni tal-vittmi għadha mhix magħrufa, skont il-Pulizija Kanadiża u rapporti jgħidu li l-isparar beda għal ħabta tal-10pm fil-parti Griega tal-belt.

Xhieda li kienu fil-post irrapurtaw li semgħu 25 sparatura, skont is-sit CityNews.com.