Sparatura f’Santa Luċija

F’Santa Luċija ġiet irrapurtata sparatura li seħħet tul il-lejl. Skont kelliema għall-Pulizija, l-isparatura ġrat għall-ħabta tal-10:00pm ilbieraħ. Jidher li xi persuna jew persuni sparaw fuq ħġieġa ta’ residenza.

Ir-residenti tad-dar li tinsab ġewwa Triq il-Prinjoli semgħu ħoss ġej minn fuq u kif telgħu sabu li l-ħġieġa tal-gallarija intlaqtet minn tir. Fuq il-post marru l-Pulizija biex għamlu l-investigazzjoni tagħhom.

Ħadd ma weġġa’ fl-inċident. Il-każ għadu qed jiġi investigat mill-Pulizija.