​Sparatura Florida: Nikolas Cruz jammetti mal-pulizija

Iż-żagħżugħ akkużat li qatel 17-il persuna fi skola fi Florida nhar l-Erbgħa ammetta mal-pulizija dwar l-isparatura.
Nikolaz Cruż ta’ 19-il sena qal li wasal fuq il-kampus u beda jispara lejn l-istudenti, qabel abbanduna l-arma u ħarab.
Huwa tressaq quddiem il-qorti akkużat bi 17-il każ ta’ qtil premeditat.
L-FBI stqarret li ngħatat ħjiel dwaru s-sena li għaddiet.
L-attack f’Marjory Stoneman Douglas High School f’Parkland fi Florida huwa l-agħar wieħed fi skola Amerikana mill-2012.
Cruz irnexxielu jaħrab mill-iskola wara li wettaq l-attakk u ndunaw bih il-pulizija madwar siegħa wara.