Jinqatel żagħżugħ fl-Imqabba u ieħor jinsab ferut l-isptar

Aġġornat 10:32 AM
CMRU

Read in English.

Żagħżugħ Malti tilef ħajtu u persuna oħra ttieħdet l-isptar wara li allegatament instemgħet sparatura. L-inċident seħħ fi Triq il-Konvoj Ta’ Santa Marija fl-Imqabba, ftit qabel il-11.30pm.

Intalbet l-għajnuna tal-Pulizija fl-Imqabba fil-11.30pm. Malli waslu fuq il-post, huma sabu żewġ irġiel feruti ġo karozza, u l-ewwel indikazzjonijiet kienu li dawn indarbu b’arma tan-nar.

Raġel ta’ 27 sena ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post, filwaqt li żagħżugħ ta’ 17-il sena ttieħed l-isptar għal kura immedjata.

Filmati mill-post juru preżenza qawwija ta’ pulizija.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ, li qed jitmexxew mill-Iskwadra tal-Omiċidji fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett, għadhom għaddejjin.

Il-Pulizija se jkollha konferenza stampa dwar dan il-każ fl-10.30am.