Aġġornata: Żewġ persuni milquta fi sparatura oħra fi skola fl-Istati Uniti

Żewġ persuni nltaqtu minn tiri waqt sparatura li seħħet fi skola fl-Istat ta' Maryland, l-Istati Uniti.
Jidher li l-Pulizija sparat fid-direzzjoni tal-allegat aggressur, u laqtitu, u qed jingħad li l-iskola ngħalqet u s-sitwazzjoni qiegħda taħt kontroll.
Id-distrett ta’ Great Mills High School kiteb fis-sit tiegħu jikkonferma li l-isparatura seħħet.

https://platform.twitter.com/widgets.js

L-attakk seħħ it-Tlieta filgħodu, ħin Amerikan, m'hemm ebda mwiet, u min ġie rikoverat m'għandux ġrieħi li jistgħu jkunu fatali.
Sadanittant, l-awtoritajiet qalu lil ABC News li hemm tliet persuni li ntlaqtu mit-tiri, l-allegat aggressur fosthom, iżda l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
Din l-isparatura seħħet erbat ijiem biss qabel il-protesta nazzjonali li kellha ssir jisimha “March for our Lives”, wara l-massakru li seħħ fi Florida x-xahar li għadda, meta żagħżugħ ta’ 19-il sena qatel 17-il persuna, bejn studenti u għalliema.
Avvenimenti koroh bħal dawn fl-Istati Uniti iseħħu ta’ spiss, u l-aħħar każ qajjem għagħa sħiħ u rabja tan-nies lejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Armi.