Aġġornata (1): Sparatura f’Għawdex; anzjan gravi

Read in English.

Għall-ħabta tal-10.15am kien hemm argument bejn żewġ ġirien li wassal biex anzjan jittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Skont kelliema għall-Pulizija, il-każ seħħ fi Triq is-Salib, fix-Xewkija. Raġel ta’ 35 sena u raġel ta’ 87 sena kellhom argument. B’kawża ta’ dan l-argument, ġie sparat tir minn arma tan-nar li ma laqtet lil ħadd. Però, ir-raġel anzjan laqat daqqa ta’ din l-arma, u kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Skont sorsi, ġie arrestat żagħżugħ b’rabta mal-argument.