Sparatura f’Għawdex: Anzjan jinżamm arrestat

Read in English.

Raġel ta’ 87 sena, residenti x-Xewkija, tressaq il-Qorti t’Għawdex b’rabta mal-argument ta’ nhar it-Tnejn fix-Xewkija stess.

L-anzjan ġie akkużat li, għall-ħabta tal-10.20 am, spara tiri ta’ arma tan-nar fi Triq is-Salib bil-ħsieb li joqtol jew iqiegħed il-ħajja ta’ persuna oħra fil-periklu. Huwa ġie akkużat ukoll li kkaġuna feriti ħfief fuq persuna oħra, għamel diversi ħsarat u kellu arma mingħajr liċenzja.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih iżda ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

Ilbieraħ il-persuna l-oħra involuta fl-argument, li huwa raġel ta’ 35 sena residenti x-Xewkija wkoll, tressaq il-Qorti iżda ngħata l-ħelsien mill-arrest.

Jinħeles mill-arrest wara li darab anzjan b’arma tan-nar fix-Xewkija