Sparatura f’Ħal Qormi; raġel arrestat u ieħor b’xi ġrieħi

Raġel kellu jiddaħħal Mater Dei minħabba xi ġrieħi ħfief wara argument f’Ħal Qormi li żviluppa fi sparatura.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8pm fi Pjazza San Franġisk.
Ir-raġel li ddaħħal l-isptar għandu 56 sena, u joqgħod Ħaż-Żabbar, iżda l-kelliem għall-Pulizija ma kellux informazzjonio dwar l-allegat aggressur.
Qal iżda li dan qed jinżamm arrestat.
Ritratt: Arkivji