Sparatura f’ċentru kummerċjali f’Nairobi

Minn tal-inqas 30 persuna tilfu ħajjithom u 50 oħra indarbu fi sparatura li seħħet f'ċentru kummerċjali fil-kapitali tal-Kenja, Nairobi.

L-isparatura damet għal ammont konsiderevoli ta' ħin sakemm il-Pulizija flimkien mas-suldati daħlu fiċ-ċentru kummerċjali u waqqfu numru ta' persuni armati li kienu qed jisparaw ġewwa.

L-aħbar ingħatat mill-Ministeru tas-Sigurta' Nazzjonali tal-Kenja fejn sostna li s-sitwazzjoni tinsab lura għan-normal.

Meta waslu fuq il-post, il-Pulizija kienu tal-fehma li l-każ kien jikkonċerna serqa minn persuni armi, iżda rrealizzaw li dan kien attentat terroristiku fejn kienu qed jinżammu seba' persuni ostaġġi.

Persuni fuq il-post sostnew li saru wkoll xi attakki bil-grenades filwaqt li rapporti mhux ikkonfermati jsostnu li l-aggressuri kienu qed jisparaw fuq il-barranin u oħrajn li mhux Musulmani.