Sparati tiri lejn membri tal-Ġnus Magħquda fis-Sirja

Membri mill-Ġnus Magħquda li nġiebu fis-Sirja biex jinvestigaw il-qtil ta’ mijiet ta’ persuni, allegatament bl-użu ta’ armi kimiċi, ġew attakkati bi sparaturi fuq il-vetturi tagħhom.  

Dawn l-isparaturi wasslu ftit ħin wara li żewġ karozzi bomba slodew qrib ħafna tal-lukanda li fiha qed jgħixu dawn l-istess spetturi tal-ġnus maqgħuda.

Intant, ir-reġim ta’ Bashar Al-Assad qed jgħid li dawn l-ispezzjonijiet f’Zamalka u Ein Tarma se juru li l-allegazzjoni li ntużaw armi kimiċi huma biss gideb.

L-oppożizzjoni fis-Sirja qed tisħaq li mal-1,300 persuna mietet fl-attakk, filwaqt li grupp ta’ tobba saħqu li mat-350 persuna mietet b’sintomi neurotossiċi.