Sparati tiri lejn ir-residenza tal-Vici President Amerikan Joe Biden

Fl-Istati Uniti, l-awtoritajiet qed jinvestigaw dak li jista’ jitqies bħala attentat fuq il-ħajja tal-Viċi President Amerikan Joe Biden.
Jirriżulta li ġew sparati ammont ta' tiri fid-direzzjoni lejn ir-residenza ta’ Biden minn vettura li kienet qed tinstaq b’veloċità kbira.
Fil-ħin tal-inċident, Joe Biden ma kienx fir-residenza.