Sparati tiri lejn dgħajsa tas-sajd Tuneżina; baqgħet dieħla f’patrol boat Taljana

Source Frontex

Read in English.

Unit tal-pulizija tal-finanzi Taljana fetħet in-nar hekk kif dgħajsa tas-sajd Tuneżina m’obdietx ordnijiet biex tieqaf u baqgħet dieħla f’patrol boat skond sorsi li ppubblikaw l-istorja nhar l-Erbgħa.

L-awtoritajiet Taljani kellhom jintervjenu wara li d-dgħajsa tas-sajd tefgħet ix-xbieki tagħha f’ibħra territorjali Taljani.

Id-dgħajsa rriffjutat li tieqaf u l-awtoritajiet Taljani kienu mġiegħla jsegwu d-dgħajsa tas-sajd f’ibħra internazzjonali filwaqt li kienu sparati wkoll xi tiri tan-nar.

Il-pulizija tal-Finanzi Taljana irnexxielha twaqqaf id-dgħajsa Tuneżina u trażżanha biex issa tinsab maqbuda fuq il-gżira ta’ Lampedusa.