Sparati tiri lejn ambaxxata fit-Turkija

REUTERS/Umit Bektas/File Photo

Ġew sparati numru ta’ tiri minn vettura lejn l-Ambaxxata Amerikana fil-Belt Kapitali tat-Turkija. L-inċident seħħ nhar it-Tnejn għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu.

Kelliema għall-Pulizija u l-Ambaxxata qalu li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Din il-ġimgħa l-ambaxxata tinstab magħluqa minħabba festa publika li timmarka l-festival Iżlamiku Eid al-Adha.

Dan l-attakk ikkoinċida ma argumenti li qed jiħraxu bejn Ankara u Washington wara li ttieħdu proċeduri kriminali kontra pastor Amerikan fit-Turkija.

Il-Pulizija qegħdin ifittxu lill-aggressuri.