​“Sparatura fi skola tfisser inkubu għal kull ġenitur” – Trudeau

Erba’ persuni nqatlu u diversi oħra ndarbu fi sparatura fi skola fil-Kanada.
Il-Pulizija Kanadiża qalet li ġie arrestat is-suspettat ewlieni f’din l-isparatura, filwaqt li t-tfal tal-iskola ittieħdu f’post sigur.
L-inċident seħħ fi skola fil-provinċja ta’ Saskatchewan.
Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau qal li sparatura fi skola hija “inkubu għal kull ġenitur”.
F’kummenti li ta mill-Iżvizzera, Trudeau faħħar il-ħidma li saret mill-awtoritajiet li ħadmu b’mod pront u effiċjenti biex ħadu lit-tfal tal-iskola f’post sigur.
L-Aġent Sindku tal-lokal qal li bintu ta’ 23 sena, li hija għalliema, kienet fost il-vittmi.
Semma kif il-pulizija qalulu li dak responsabbli mill-attakk l-ewwel qatel żewġt itfal aħwa d-dar, u mbagħad baqa’ sejjer lejn l-iskola.