Spanjola arrestata fl-Ajruport; tidħol b’5.6kg kannabis

Miguela Xuereb

Read in English.

Passiġġiera Spanjola ġiet arrestata fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hekk kif instabet id-droga kannabis fil-bagalja tagħha.

Fi stqarrija d-Dwana qalet li kellhom suspett fl-Ispanjola wara li l-xray tal-bagalja wera basktijiet irregolari. Wara tfittxija li saret fuq il-passiġġiera u l-bagalja tagħha nstab li l-basktijiet li kien hemm fil-bagalja kellhom sustanza ħadra li aktar tard ġiet iċċertifikata li kienet kannabis. Total ta’ 5.6kg ta’ kannabis ġiet elevata u kkonfiskata.

L-Ispanjola mistennija li titressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.