Spanjol u Pollakk b’sentenza ta’ 19-il sena priġunerija bejniethom fuq droga

Spanjol u Pollakk ingħata is-sentenza ta’ 19-il sena priġunerija bejniethom wara li ammettew li kellhom id-droga.
L-Ispanjol ingħata s-sentenza ta’ 10 snin priġunerija u ġie mmultat €23,000 wara li importa kilo kokaina u l-kannabis.
Id-droga kellha valur ta’ aktar minn €63,000.
Il-Pollakk ingħata s-sentenza ta’ disa’ snin priġunerija u mmultat €23,000 wara li importa 860 gramma eroina, li wkoll kellha valur ta’ aktar minn €63,000.
Id-droga tal-Ispanjol instabet f’żewġ bagalji filwaqt li l-Pollakk kien qed iġorr id-droga f’kapsoli fl-istonku.